top of page

Il-Mużika fil-Knisja
Il-mużika dejjem sabet postha fiċ-ċelebrazzjonijiet, inklużi dawk li jsiru fil-knisja. Il-Papa Gregorju I, fis-sitt seklu, kien l-ewwel li ta gwida ta’ kif għandha ssir il-mużika fil-liturġija. Aktar il-quddiem, fl-1903, il-Papa Piju X ħareġ il-“Motu Propio” dwar kif trid issir il-mużika fil-liturġija fi żmienna.
L-orkestrazzjoni ġeneralment tkun waħda għal orkestra sħiħa iżda l-orkestra attwalment li tintuża tkun ħafna drabi ftit iżgħar għal raġunijiet ta’ spejjeż u spazju. L-orkestra ġeneralment titqiegħed fuq il-kor fejn ikun hemm l-orgni, jew inkella wara l-altar maġġur jew f’xi kappellun tal-ġenb. Iżda dejjem tkun mimlija biżżejjed biex tagħti l-isfumaturi tal-kulur orkestrali maħsuba mill-kompożitur fl-ispartit oriġinali. Orkestra relattivament żgħira xorta jkun fiha l-korda sħiħa, l-injam kollu u anke r-ram. Fejn il-post jippermetti, l-orkestrazzjoni ġieli tinkludi wkoll xi partimpani, xi katuba u kif ukoll l-platti.
bottom of page