top of page

Il-Mużika fil-Festa
Il-mużika minn dejjem din kellha post speċjali fil-festa Għall-mużika li tindaqq fil-knejjes, Malta minn dejjem kellha surmastrijiet speċjali. Fil-knisja tindaqq ukoll mużika sagra ta’ kompożituri barranin bħal Perosi, Palestrina u Mozart. Il-baned imbagħad jagħmlu programmi vokali u strumentali li tassew ipaxxu l-widna u meta jiġu esegwiti sew, jgħollu l-livell kulturali tal-komunità kollha. Il-parroċċa tieħu ħsieb torganizza l-mużika fil-knisja filwaqt li l-każini jieħdu ħsieb il-mużika fuq barra. Hawnhekk importanti li nifhmu r-reponsabbiltà li għandna illi nxerrdu dejjem il-kultura mużikali fost it-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti tagħna. Kemm il-kappelel mużikali kif ukoll il-każini tal-banda għandhom ikunu benniena tal-kultura mużikali.
bottom of page