top of page

Il-Liedna
Fl-imgħoddi il-liedna kienet pjanta li tixxeblek biex tikber. Fl-antik kienu jaqtgħu fergħat twal minnha, u dawn kienu jużawhom mifruxin ma’ xi ħxejjex oħrajn fil-paviment tal-knisja. Daż-żmien għadna nifirxu fjuri u weraq fit-toroq tagħna, imma iktar risevati għall-purċissjonijiet ta’ Corpus u tal-Qalb ta’ Ġesù fejn jinħareg is-Sagrament.
Il-liedna kienu bdew iżejnu biha fit-toroq ta’ qrib il-knejjes matul il-ġranet tal-festa. Il-weraq tal-liedna fuq zkuk irqaq u twal, kienu dekorattivi u reżistenti u għalhekk addattati għat-tiżjin.
Bejn iż-żewġ gwerer f’bosta festi f’Malta bdew jużaw biċċiet tal-karti tat-tajr, marbutin serbut fuq l-ispag biex iżejnu. Dawn bdew isiru ta’ diversi lwien u bdew jidhru iktar sbieħ, għax ma baqgħux ikunu tal-lewn aħdar biss kif kien isir bil-liedna oriġinali. Illum dawn saru jsiru tal-plastic għax iktar reżistenti u jistgħu jerġgħu jintużaw sena wara oħra. Għalkemm mhumiex bħal dawk oriġinali xorta baqgħu jissejħu liedna.

bottom of page