top of page

It-Trofej

L-Ordni ta’ San Ġwann kienet forza navali u minbarra t-telfiet li ma tantx jissemmew kellha ħafna aktar rebħiet. Bħalma kien isir minn forzi oħra, meta kien jasal lura Malta xi galjozz rebbieħ fuq l-għadu, kienu jniżżlu l-art s-simboli tar-rebħa, li wara kollox kienu l-oġġetti maqbudin jew kif dejjem jissejħu t-trofej. Dawn kienu jikkonsistu fi bnadar Torok, kanuni, lanez u diversi armi oħra, xhieda tar-rebħa miksuba.

Meta wieħed iħares lejn xi skultura simbolika ta’ żmien il-Kavallieri, fosthom dawk li nsibu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, wieħed jista jara bnadar u lanez irranġati forma ta’ mrewħa bħala sinjal tar-rebħa.

 

Fil-Festi tagħna għadna naraw din l-influenza tal-Ordni fit-trofej armati  fit-toroq u qrib l-knejjes. Fihom kważi dejjem nsibu l-bandiera ħamra bis-salib abjad tal-ordni, anki jekk ir-raħal ma kellux x’jaqsam direttament mal-Assedju l-Kbir. Ma’ dawn żdiedu bandalori li jirrapreżentaw il-qaddis u r-raħal u l-belt, flimkien ma’ dik tal-Papa. Jekk wieħed iħares sew bosta mill-bnadar tat-trofej għandhom il-lasti forma ta’ lanez li huma iktar simboli fit-trofej tar-rebħiet militari u navali.

armar12.png
armar10.png
armar11.png

Magħmula bi ❤️ minn Festi Maltin - Maltese Feasts

  • Facebook
  • Instagram
  • Threads
  • Pinterest
  • Youtube
  • Spotify
bottom of page