top of page

L-Ikla Ta’ Jum Il-Festa

Minkejja l-ġuħ u l-faqar li kien hawn, fil-jum tal-festa tal-ibliet u rħula tagħna, il-familji Maltin kienu jagħmlu ikla speċjali f’nofs inhar u ġieli kienu jistiednu xi familjari tagħhom minn xi raħal ieħor biex imorru jieklu magħhom. L-iktar ikla favorita kienet tkun il-patata l-forn.

 

Filgħaxija ġieli kienu jistiednu lil ħbieb u l-qraba fid-djarhom għall-grokk, ħaġa li għada ssir sal-ġurnata tal-llum. Din it-tradizzjoni tista tkun ġejja minn drawwa fl- antik fejn ir-retturi tal-knejjes kienu jkunu marbutin b’xi legat li jagħtu l-ikel lill-fqar fil-ġurnata tal-festa. 

 

L-għada tal-festa, bosta familji kien jibqgħalhom ħafna ikel, u minflok kienu jiekluħ d-dar, ħafna minnhom kienu jikru xi karozzin u jerħula lejn l-Buskett jew lejn il-baħar . Hemm kienu jgħaddu l-jum kollu jiddevertu u jieklu. L-iskola tal-gvern tar-raħal l-għada tal-festa ma kinitx tiftaħ, għalkemm mhux b’mod uffiċjali, biss biex it-tfal kienu jmorru x-xalata mal-familja.

Magħmula bi ❤️ minn Festi Maltin - Maltese Feasts

  • Facebook
  • Instagram
  • Threads
  • Pinterest
  • Youtube
  • Spotify
bottom of page