top of page

Il-Ġostra
Waħda mill-akbar tradizzjonijiet li kienet ssir fil-festi tal-ibliet u l-irħula kollha fejn hemm il-baħar tista tgħid li kienet il-ġostra. Kienu jwaħħlu arblu mindud max-xatt għal fuq il-baħar u jdelkuh bix-xaħam it-tul tiegħu kollu u sat-tarf tiegħu, li kien ikun fuq il-baħar. Imbgħad kienu jorbtu xi ħaġa tal-ikel u min kien jirnexxielu jasal sat-tarf u jħoll l-irbit tal-pakkett bl-ikel, kien jirbaħ dak il-premju.
Ħafna miż-żagħżagħ kienet l-għaxqa tagħhom jippruvaw jieħdu dak il-pakkett. Fuq ix-xatt, kienu jinġabru ħafna nies jidħku bix-xabbaturi li kważi kollha jispiċċaw jiżolqu fil-baħar.
bottom of page